Language of document : ECLI:EU:T:2014:100





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Frar 2014 — Genebre vs UASI – General Electric (GE)

(Kawża T‑520/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti GE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Ordni indirizzata lill-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6)) (ara l-punt 14)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 18)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark — Sinjali komposti minn ittra jew minn għaqda ta’ ittri — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 4 u 8(1)(b)) (ara l-punt 40)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 54)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva GE — Trade marks verbali u figurattivi GE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Lulju 2011 (Każ R 20/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn General Electric Company u Genebre SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Genebre SA hija kkundannata għall-ispejjeż.