Language of document : ECLI:EU:T:2012:410

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

tas-6 ta’ Settembru 2012

Kawża T‑519/11 P

Sandro Gozi

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Talba għall-assistenza — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għoti lill-appellant tar-rimbors tal-ispejjez imħallsa fil-kuntest ta’ proċedura quddiem qorti kriminali nazzjonali — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal‑20 ta’ Lulju 2011, Gozi vs Il‑Kummissjoni (F‑116/10), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. Sandro Gozi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

1.      Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58 u Anness I, Artikolu 11)

2.      Uffiċjali — Obbligu ta’ assistenza tal-amministrazzjoni — Kamp ta’ applikazzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 24)

3.      Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

1.      Mill-Artikolu 11 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jirripproduċi l-kliem tal-Artikolu 58 tal-imsemmi statut, jirriżulta li l-appell għandu jkun limitat għall-punti ta’ liġi u għandu jkun ibbażat fuq aggravji msejsa fuq nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fuq irregolaritajiet fil-proċedura quddiem l-imsemmi Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jippreġudikaw l-interessi tal-appellant jew fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni minn dan tal-aħħar.

Għalhekk, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku biss huwa kompetenti biex jikkonstata l-fatti, b’tali mod li l-evalwazzjoni tal-fatti ma tikkostitwix kwistjoni ta’ liġi suġġetta, fiha nnifisha, għall-istħarriġ tal-qorti tal-appell. Madankollu, is-setgħa ta’ stħarriġ tal-Qorti Ġenerali dwar il-konstatazzjonijiet fattwali mwettqa mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku testendi ruħha għall-ineżattezza materjali ta’ dawn il-konstatazzjonijiet li jirriżultaw mill-atti tal-proċess, għall-iżnaturament tal-provi, għall-klassifikazzjoni legali ta’ dawn u għall-kwistjoni dwar jekk ir-regoli fil-qasam tal-oneru u tal-produzzjoni tal-prova ġewx osservati.

(ara l-punti 20 u 21)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 25 ta’ Jannar 2007, Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il‑Kummissjoni, C‑403/04 P u C‑405/04 P, Ġabra p. I‑729, punt 39, u l-ġurisprudenza ċċitata

Il‑Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 2 ta’ Marzu 2010, Doktor vs Il‑Kunsill, T‑248/08 P, punti 39 sa 43, u l-ġurisprudenza ċċitata

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 28)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 27 ta’ Ġunju 2000, K vs Il‑Kummissjoni, T‑67/99, punti 34 sa 36

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 35)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 30 ta’ Marzu 2000, VBA vs VGB et, C‑266/97 P, Ġabra p. I‑2135, punt 79; Il‑Qorti tal-Ġustizzja 21 ta’ Settembru 2006, JCB Service vs Il‑Kummissjoni, C‑167/04 P, Ġabra p. I‑8935, punt 114; Il‑Qorti tal-Ġustizzja 21 ta’ Jannar 2010, Iride u Iride Energia vs Il‑Kummissjoni, C‑150/09 P, li ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punti 73 u 74