Language of document : ECLI:EU:T:2019:495


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 – Hauzenberger vs EUIPO (TurboPerformance)

(Kawża T-349/18)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TurboPerformance – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment għal elementi li jidhru f’anness – Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 76(d), 171, u 177(1))

(ara l-punt 11)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha  – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72)

(ara l-punt 13)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett – Trade mark komposta minn kelma jew minn neoloġiżmu li jirriżulta minn tgħaqqid ta’ elementi

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(ċ))

(ara l-punti 22-29)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(ċ))

(ara l-punt 30)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark figurattiva TurboPerformance

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(ċ))

(ara l-punti 40-45, 47, 58, 59, 62)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami tar-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew tas-servizzi ikkonċernati mill-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94)

(ara l-punti 50-57)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Rifjut ta’ reġistrazzjoni bbażat fuq waħda mir-raġunijiet assoluti ta’ rifjut elenkati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament 2017/1001 – Karattru suffiċjenti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1))

(ara l-punt 66)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2018 (Każ R 2206/2017‑4), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv TurboPerformance bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Andreas Hauzenberger huwa kkundannat għall-ispejjeż.