Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta-Lulju 2019 – Hauzenberger vs EUIPO (TurboPerformance)

(Kawża T-349/18) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TurboPerformance – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Andreas Hauzenberger (Sinzing, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Bittner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2018 (Każ R 2206/2017-4), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv TurboPerformance bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Andreas Hauzenberger huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 259, 23.7.2018.