Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fil-5 ta’ Novembru 2020 – Skarb Państwa Rzeczypospolitej Polskiej reprezentowany przez Generalnego Dyrektora Dróg Krajowych i Autostrad vs TOTO SpA - Costruzioni Generali u Vianini Lavori SpA

(Kawża C-581/20)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skarb Państwa Rzeczypospolitej Polskiej reprezentowany przez Generalnego Dyrektora Dróg Krajowych i Autostrad

Konvenuti: TOTO SpA - Costruzioni Generali u Vianini Lavori SpA

Domandi preliminari

L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li kwistjoni bħal dik indikata fid-digriet tar-rinviju għandha titqies li hija kompletament jew parzjalment kwistjoni ċivili jew kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament?

F’sitwazzjoni fejn ikun ġie eżerċitat id-dritt li jintalbu miżuri provviżorji/kawtelatorji u f’sitwazzjoni fejn il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fir-rigward tal-mertu tkun eżaminat it-talba, il-qorti li quddiemha titressaq talba għal miżuri fuq l-istess bażi u taħt l-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandha titqies li ma jkunx għad għandha ġurisdizzjoni mill-mument li fih ikunu ġew prodotti provi li juru li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni fir-rigward tal-mertu ħadet deċiżjoni?

Fil-każ li għall-ewwel żewġ domandi għandha tingħata r-risposta li l-qorti li quddiemha titressaq it-talba skont l-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandha ġurisdizzjoni, il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ talba għal miżuri provviżorji taħt l-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandhom jiġu interpretati b’mod awtonomu? F’każ bħal dak ineżami, għandha titħalla mhux applikata regola li tipprevedi li t-talba għal miżuri provviżorji kontra awtorità pubblika hija inammissibbli?

____________

1     ĠU 2012, L 351, p. 1.