Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2009 - Armitage-Wilson vs Europol

(Kawża F-36/09)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Kate Armitage-Wilson (l-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: W. J. Dammingh)

Konvenut: L-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti bl-impossibbiltà li tiġi offruta impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut indika lir-rikorrenti li ma setax joffrilha impjieg permanenti kif ukoll d-deċiżjoni rigward l-ilment tas-7 ta' Jannar 2009 li tiċħad bħala infondati l-ilmenti li r-rikorrenti ressqet kontra d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.

____________