Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – ruwido austria vs EUIPO (transparent pairing)

(Kawża T-649/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ruwido austria GmbH (Neumarkt am Wallersee, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Ginzburg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “transparent pairing” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 581 118

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2487/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata;

interpretazzjoni żbaljata tal-fatti fir-rigward tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha.

____________