Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Lulju 2012 - United States Polo Association vs UASI - Polo/Lauren (Rappreżentazzjoni ta' żewġ plejers tal-polo)

(Kawża T-517/11) 

"Trade mark Komunitarja - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United States Polo Association (Lexington, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Ġunju 2011 (Każ R 1170/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn United States Polo Association u The Polo/Lauren Company, LP.

Dispożittiv

1)    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)     Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll, l-ispejjeż tal-konvenut u tal-intervenjenti.

____________

1 - ĠU C 355, 03.12.2011.