Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2014 – BTL vs UASI – dm-drogerie markt (babyTOlove)

(Kawża T-518/11) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Ċessjoni tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BTL Diffusion (St Cloud, Franza) (rappreżentant: A. Berendes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Mellein u B. Beinert, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Lulju 2011 (Każ R 883/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie mark GmbH & Co. KG u BTL Diffusion.DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.Ir-rikorrenti u l-intervjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom għandu jbati nofs l-ispejjeż tal-konvenut.