Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Diċembru 2011 - CDC Hydrogene Peroxide vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-437/08) 

["Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Werrej tal-fajl amministrattiv ta' proċedimenti fil-qasam tal-akkordji - Rifjut ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta' terz - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta' spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CDC Hydrogene Peroxide Cartel Damage Claims (CDC Hydrogene Peroxide) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment R. Wirtz, sussegwentement R. Wirtz u S. Echement u fl-aħħar nett T. Funke, A. Kirschstein u D. Stein, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Costa de Oliveira, A. Antoniadis u O. Weber, sussegwentement A. Bouquet, P. Costa de Oliveira u A. Antoniadis, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti : Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentanti : A. Falk, K. Petkovska u S. Johannesson, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Evonik Degussa GmbH (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment C. Steinle, sussegwentement C. Steinle u M. Holm-Hadulla, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E3/MM/psi D (2008) 6658, tat-8 ta' Awwissu 2008, li tirrifjuta l-aċċess totali għall-werrej tal-fajl amministrattiv tal-Każ COMP/F/38.620 - Perossidu tal-idroġenu u perborat.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E3/MM/psi D (2008) 6658, tat-8 ta'Awwissu 2008, li tiċħad l-aċċess totali għall-werrej tal-fajl fil-Każ COMP/F/38.620 - Perossidu tal-idroġenu u perborat, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn CDC Hydrogene Peroxide Cartel Damage Claims (CDC Hydrogene Peroxide).

Ir-Renju tal-Isvezja u Evonik Degussa GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 313, 06.12.2008.