Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2008 - Tokita Management Service vs UASI - Eminent Food (TOMATOBERRY)

(Kawża T-435/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tokita Management Service Corp. (Saitama, il-Ġappun) (rappreżentanti: P. Brownlow u N. Jenkins, Solicitors u A. Bryson, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eminent Food BV (Bussum, l-Olanda)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1219/2007-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "TOMATOBERRY" għal prodotti fil-klassi 31; Applikazzjoni Nru 3 797 909

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Eminent Food BV

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Komunitarja bir-reġistrazzjoni Nru 3 344 711 tat-trade mark figurattiva "Tomberry" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 31, 35 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkonstata b'mod żbaljat li t-trade marks ikkonċernati huma simili ħafna mill-aspett viżiv kif ukoll mill-aspett kunċettwali; ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u/jew tal-Artikolu 73 u/jew tal-Artikolu 7(4)(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkonstata b'mod żbaljat li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li l-oppożizzjoni għandha tintlaqa' fuq il-bażi tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 kienet korretta.

____________