Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – House Foods Group vs CPVO (SK20)

(Kawża T-556/22) 1

(“Varjetajiet ta’ pjanti – Għoti ta’ drittijiet għal protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ta’ pjanti fir-rigward tal-varjetà SK20 – Inammissibbiltà tar-rikors quddiem il-Bord tal-Appell – Assenza ta’ interess ġuridiku – Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: House Foods Group, Inc. (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentant: G. Würtenberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (rappreżentanti: M. García-Moncó Fuente u O. Lamberti, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, House Foods Group, Inc., qiegħda titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) tal-1 ta’ Lulju 2022 (Każ A 018/2021).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

House Foods Group, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 424, 7.11.2022.