Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 4 ta’ Frar 2014 – Sachi Premium-Outdoor Furniture vs UASI – Gandia Blasco (Pultruna)

(Kawża T-357/12)1

[“Disinn jew mudell Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pultruna – Disinn jew mudell preċedenti – Raġuni ta’ invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lᵈᵃ (Estarreja, il-Portugall) (rappreżentant: M. Oehen Mendes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gandia Blasco, SA (Valenza, Spanja) (rappreżentanti: I. Massa, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ April 2012 (Każ R 969/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gianda Blasco, SA u Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lᵈᵃ hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI).

Gianda Blasco, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 311, 13.10.2012