Language of document : ECLI:EU:T:2014:178





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ April 2014 – Debonair Trading Internacional vs UASI – Ibercosmetica (SÔ :UNIC)

(Kawża T‑356/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni– Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SÔ :UNIC – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti SO… ?, SO… ? ONE, SO… ? CHIC u trade marks verbali mhux irreġistrati – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni– Familja ta’ trade marks – Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 – Regola 15(2)(b)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Ammissibbiltà tal-oppożizzjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 18)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Probabbiltà ta’ assoċjazzjoni – Trade marks preċedenti li għandhom karatteristiċi li jippermettu li jitqiesu li jifformaw parti mill-istess “sensiela” jew “familja” – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 20)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali SÔ :UNIC – Trade marks verbali SO… ?, SO… ? ONE u SO… ? CHIC (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 25, 28, 29, 32)

4.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(1) u (3)) (ara l-punt 52)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1033/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Debonair Trading Internacional Ldª u Ibercosmetica, SA de CV.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-4 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1033/2011-4), hija annullata inkwantu l-Bord tal-Appell ċaħad bħala inammissibbli l-oppożizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, fir-rigward tas-sinjali invokati minn Debonair Trading Internacional Ldª sa fejn ir-Renju Unit u l-Irlanda huma kkonċernati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.