Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Bristol Global vs UASI - Bridgestone (AEROSTONE)

(Kawża T-194/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bristol Global Co. Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Bozhinova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bridgestone Corp. (Tokjo, il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Diċembru  2013 mogħtija fil-Każ R 916/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “AEROSTONE” għal prodotti fil-klassi 12 ̶ Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 066 736

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet ta’ trade marks Komunitarji tat-trade marks verbali “STONE” għal prodotti fil-klassijiet 12, 28, 35 u 37 u “BRIDGESTONE” għal prodotti fil-klassi 12; trade mark magħrufa u sinjal mhux irreġistrat li jinkludu l-element verbali “BRIDGESTONE”Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(4) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.