Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Cristiano di Thiene vs UASI – Nautica Apparel (AERONAUTICA)

(Kawża T-193/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cristiano di Thiene SpA (Thiene, l-Italja) (rappreżentanti: F. Fischetti u F. Celluprica, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nautica Apparel, Inc. (New York, l-Istati Uniti)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 96/2013-4.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “AERONAUTICA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 18, 20, 25, 35, 42 u 43 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 7 508 237Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark jew sinjal invokat: numru ta’ reġistrazzjonijiet ta’ trade marks Komunitarji u tar-Renju Unit preċedenti tat-trade marks verbali “NAUTICA” u “NAUTICA BLUE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 18, 20, 25, 27 u 35Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8

(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja