Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 – Deza vs ECHA

(Kawża T-189/14)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Dejl, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tal-24 ta’ Jannar 2014, li għandhom ir-referenzi AFA-C-0000004274-77-09/F, AFA-C-0000004280-84-09/F, AFA-C-0000004275-75-09/F u AFA-C-0000004151-87-08/F u

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 1 , moqri flimkien mal-Artikolu 118 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 2 , kif ukoll tal-ksur tad-dritt tal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali leġittimi u tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 118 tar-Regolament Nru 1907/2006, peress li l-iżvelar ta’ informazzjoni kontenzjuża lil terzi jista’ jipperikola l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali u dik tad-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali tar-rikorrenti, peress li l-iżvelar tal-informazzjoni kontenzjuża ma hijiex iġġustifikata minn interess pubbliku superjuri u li, fid-deċiżjoni tagħha, il-konvenuta lanqas biss indikat li interess pubbliku jista’ jipprevali fuq in-neċessità li jiġu protetti d-drittijiet tar-rikorrenti, iċċitati iktar ’il fuq.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-impenji tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mill-Ftehim TRIPS u mill-preġudizzju, li jirriżulta minnu, fir-rigward tad-dritt għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mill-Artikolu 39(2) tal-Ftehim TRIPS, li jipprovdi li l-membri jiggarantixxu li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jkollhom il-possibbiltà li jipprevjenu li l-informazzjoni li hija legalment taħt il-kontroll tagħhom ma tkunx żvelata lil terzi jew miksuba jew użata minnhom mingħajr il-kunsens tagħhom u b’mod li jmur kontra għall-użanzi kummerċjali onesti, bil-kundizzjoni li din l-informazzjoni a) tkun sigrieta fis-sens li, fil-globalità tagħha jew fil-konfigurazzjoni jew il-muntaġġ tal-elementi tagħha, ma tkunx ġeneralment magħrufa minn persuni fl-ambjenti li normalment jieħdu ħsieb it-tip ta’ informazzjoni inkwistjoni jew li ma humiex faċilment aċċessibbli; b) li għandha valur kummerċjali peress li hija sigrieta; u c) li kienet suġġetta, min-naħa tal-persuna li legalment tikkontrollaha, għal dispożizzjonijiet raġonevoli, inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi, li għandhom l-għan li jżommuha sigrieta.It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-impenji tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tal-ksur tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-preġudizzju, li jirriżulta minn dan, fir-rigward tad-dritt ta’ proprjetà u tad-dritt għall-protezzjoni tal-proprjetà tar-rikorrenti.F’dan ir-rigward, huwa indikat li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, l-Artikolu 1 tal-Protokoll addizzjonali tal-imsemmija konvenzjoni u l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn hija tillimita d-dritt tar-rikorrenti li tgawdi paċifikament il-proprjetà tagħha.Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.Fl-opinjoni tar-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, minħabba li l-iżvelar tal-informazzjoni kontenzjuża jimmina serjament il-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni u tal-konvenuta li għamlu dikjarazzjonijiet dwar it-talba għall-awtorizzazzjoni tas-sustanza inkwistjoni, peress li l-iżvelar tal-informazzjoni kontenzjuża ma hijiex

iġġustifikata minn interess pubbliku superjuri u li, il-konvenuta, fid-deċiżjoni tagħha, lanqas biss indikat li interess pubbliku kien jipprevali fuq in-neċessità li jiġu protetti d-drittijiet tar-rikorrenti, iċċitati iktar ’il fuq.

____________

____________

1 Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU

Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 331).2 Regolament (KU) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta'’sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-R

egolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill