Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Cristiano di Thiene vs UASI – Nautica Apparel (AERONAUTICA)

(Kawża T-193/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AERONAUTICA – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti NAUTICA u NAUTICA BLUE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cristiano di Thiene SpA (Thiene, l-Italja) (rappreżentanti: F. Fischetti u F. Celluprica, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nautica Apparel, Inc. (New York, New York, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Hawkes, solocitor u B. Brandreth, barrister)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Jannar 2014 (Każ R 96/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nautica Apparel, Inc. u Thiene SpA. DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Cristiano di Thiene SpA huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 151, 19.5.2014