Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-28 ta’ Jannar 2016 – Bristol Global vs UASI – Bridgestone (AEROSTONE)

(Kawża T-194/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AEROSTONE – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti STONE u BRIDGESTONE – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mhux irreġistrata BRIDGESTONE – Raġuni relattiva għal rifjut – Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bristol Global Co. Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Bozhinova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bridgestone Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Blair, solicitor, sussegwentement S. Malynicz, barrister, C. Balme u K. Gilbert, solicitors)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 916/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bridgestone Corp. u Bristol Global Co. Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bristol Global Co. Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk esposti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)u ta’ Bridgestone Corp.

____________

1     ĠU C 151, 19.5.2014.