Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-13 ta’ Jannar 2017 – Deza vs ECHA

(Kawża T-189/14) 1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti miżmuma mill-ECHA li fihom informazzjoni sottomessa fil-kuntest tal-proċedura dwar it-talba għal awtorizzazzjoni ta’ użu tas-sustanza ftalat ta’ Bis (2-etilessil) (DEHP) – Deċiżjoni li tiżvela ċerta informazzjoni kkunsidrata bħala kunfidenzjali mir-rikorrenti – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Kunċett ta’ ħajja privata – Dritt għall-proprjetà – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Dejl, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: inizjalment A. Iber, T. Zbihlej u M. Heikkilä, aġenti, sussegwentement M. Heikkilä, C. Buchanan u W. Broere, aġenti, assistiti minn M. Mašková, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart, P. Ondrůšek u K. Talabér-Ritz, aġenti), u ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit), European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju), Vereniging Health Care Without Harm Europe (Rijswijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-ECHA, tal-24 ta’ Jannar 2014, li jirrigwardaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura relatata mat-talba għal awtorizzazzjoni ta’ użu tas-sustanza ftalat ta’ Bis (2-etilessil) (DEHP).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Deza, a.s. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill- Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

ClientEarth, European Environmental Bureau (EEB) u Vereniging Health Care Without Harm Europe għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 ĠU C 194, 24.6.2014.