Language of document : ECLI:EU:T:2017:90





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 – Lubrizol France vs Il-Kunsill

(Kawża T-191/14)

“Tariffa doganali komuni – Leġiżlazzjoni li tirrigwarda s-sospensjoni tad-dazji awtonomi fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali – Oġġezzjoni fil-konfront tas-sospensjonijiet eżistenti – Ekwivalenza tal-prodotti – Proċedura ta’ immaniġġjar ta’ oġġezzjonijiet”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Eżami tal-mertu qabel eżami tal-ammissibbiltà – Ammissibbiltà

(ara l-punt 32)

2.      Tariffa doganali komuni – Modifika jew sospensjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata – Limiti

(Artikolu 31 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1387/2013)

(ara l-punti 58 – 61)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1344/2011(ĠU 2013, L 354, p. 201), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet ċaħdu lir-rikorrenti tliet sospensjonijiet li hija bbenefikat minnhom preċedentement konformement mal-kodiċijietTARIC 2918 2900 80, 3811 2900 10 u 3811 9000 30.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lubrizol France SAS hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.