Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Jannar 2013 - Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/07) 

("Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar talbiet ta' konferma ta' aċċess għad-dokumenti u għall-kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Reġistru ta' dokumenti - Rikors għal annullament - Rifjut impliċitu ta' aċċess - Interess ġuridiku - Rifjut parzjali ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integralità tal-individwu - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta' terzi - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tat-teħid ta' deċiżjonijiet - Obbligu ta' motivazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Ladenburger u P. Costa de Oliveira, sussigwiti minn P. Costa de Oliveira u B. Conte, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, it-talba għal annullament tad-deċiżjonijiet kollha impliċiti u espliċiti tal-Kummissjoni adottati wara t-talba inizjali ta' aċċess għad-dokumenti mressqa minn G. Strack fl-20 ta' Ġunju 2007, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ma hemmx lok iktar li tingħata deċiżjoni dwar il-legalità tad-deċiżjonijiet impliċiti ta' rifjut ta' aċċess.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 2007 li tirrifjuta l-aċċess għal estratt mir-reġistru hija annullata.

Id-Deċiżjoni tat-23 ta' Ottubru 2007, dwar id-dokumenti tal-OLAF, sa fejn din tirrigwarda data li tirrigwarda persuni ġuridiċi, hija annullata.

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2007 u tal-15 ta' Frar 2008 li jirrigwardaw id-dokumenti tal-Kummissjoni (minbarra OLAF) huma annullati.

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2007 u tad-9 ta' April 2008, li jirrigwardaw id-dokumenti marbuta mal-Kawża T-110/04, sa fejn dawn jirrigwardaw, l-ewwel nett, it-tħassir tad-data li tirrigwarda persuni ġuridiċi, meta dawn tal-aħħar ma kienux ġew motivati fuq il-bażi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, it-tieni nett, it-tħassir ta' dokumenti u ta' data bbażati fuq l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, bl-eċċezzjoni minn naħa, tat-tħassir li jirrigwarda l-ismijiet u l-indirizzi tal-uffiċjali tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) "Kummerċ" tal-Kummissjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, l-akkużi tar-rikorrent fil-kawża T-110/04 fir-rigward tagħhom u, it-tielet nett, it-tħassir ta' dokumenti u ta' data bbażati fuq it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, huma annullati.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż ta' Guido Strack.

____________

1 - ĠU C 297, 08.12.2007.