Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Frar 2008 - Earth Products vs UASI - Meynard Designs (EARTH)

(Kawża T-389/07)1

("Trade mark Komunitarja - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Irtirar ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Earth Products Inc. (Carlsbad, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Meynard Designs Inc. (Waltham, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Cornu u E. De Gryse, avocats)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tad-9 ta' Awwissu 2007 (Każ R 1590/2006-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Meynard Designs Inc. u Earth Products Inc.

Dispożittiv

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 297, 08.12.2007.