Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2007 - Earth Products vs L-UASI - Meynard Designs (EARTH)

(Kawża T-389/07)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Earth Products, Inc. (Carlsbad, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Meynard Designs, Inc. (Waltham, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tad-9 ta' Awwissu 2007 safejn ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu stess u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "EARTH" għal prodotti fil-klassi 25 - Applikazzjoni Nru 2 907 608

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal iċċitat fil-proċeduri ta' oppożizzjoni: Meynard Designs, Inc.

Trade mark jew sinjal iċċitat: It-trade mark figurattiva Komunitarja u nazzjonali "EARTH" għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18, 25 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni fl-intier tagħha.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad l-appell.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade marks in kwistjoni mhumiex viżwalment jew fonetikament simili.

____________