Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2007 - Alber vs L-UASI (parti minn manku)

(Kawża T-391/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Alfons Alber (Vöran, l-Italja) (rappreżentant: S. Schneller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-16 ta' Awwissu 2007 kif ukoll id-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-16 ta' Jannar 2007 safejn hija tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4396727 għal dak li jirrigwarda l-prodotti "Tagħmir imħaddem bl-idejn għal attivitajiet agrikoli, ta' l-ortikultura u forestali, fosthom imqases għaż-żabra; magni tal-ħsad imħaddma bl-idejn";

iżżom seduta quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza;

tordna li l-konvenut għandu jbati l-ispejjeż;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali "Parti minn manku" għal prodotti fil-klassijiet 6 u 8 (trade mark Nru 4 396 727).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda parzjali tar-reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors.

Motivi invokati: Ksur tal-prinċipju ta' l-eżami ex officio skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/941 u ksur ta' l-Artikolu 7 ta' l-istess regolament. Sussidjarjament, nuqqas ta' motivazzjoni skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1)