Language of document :

Rikors ippreżentat fil-14 ta' Novembru 2008 - Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-496/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, I. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet ta-rikorrenti

tiddikjara, skont l-Artikoli 230 KE u 231 KE, li d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għad-dokumenti li għalihom kienet talbet aċċess permezz ta' applikazzjoni tal-25 ta' Ġunju 2008, hija vvizzjata b'nullità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura; u

tagħti kwalunkwe ordni ulterjuri li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-applikazzjoni tagħha, skont ir-Regolament Nru 1049/20011, li permezz tagħha talbet aċċess għad-dokumenti dwar il-proċeduri fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz ta' ftehim mal-operatur tal-ajruport ta' Berlin-Schönefeld.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-494/08, Ryanair vs Il-Kummissjoni.

____________

1 - Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, p. 43