Language of document : ECLI:EU:T:2019:880


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad19 ta’ Diċembru 2019 –
IlGreċja vs IlKummissjoni

(Kawża T295/18)

“FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq magħmul mill-Greċja – Żvilupp rurali – Għajnuna diretta diżakkoppjata – Kontrolli ewlenin – Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa”

1.      Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Limitazzjoni tar-rifjut ta’ finanzjament – Terminu ta’ erbgħa u għoxrin xahar – Bidu tad-dekorrenza – Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tar-riżultat tal-verifiki – Data tal-ħlas tal-għajnuna li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tat-terminu – Data tal-ħlas finali tal-għajnuna

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52(4)(a)(c))

(ara l-punti 49 sa 52, 64, 66)

2.      Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEŻR – Għajnuna għall-iżvilupp rurali – Eliġibbiltà tal-operazzjonijiet u tal-infiq – Iffissar tar-regoli ta’ eliġibbiltà fil-livell nazzjonali – Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri – Limiti – Għażla attwali ta’ proġetti mill-awtorità ta’ ġestjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1698/2005, premessa 61 u Artikolu 71(2) u (3))

(ara l-punti 79, 83, 84)

3.      Agrikultura – Finanzjament mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa deċiża mill-Kummissjoni konformement mal-linji gwida interni adottati f’dan il-qasam – Natura difettuża jew mhux sodisfaċenti tal-kontrolli ewlenin stabbiliti mill-Istat Membru – Ammissibbiltà tal-applikazzjoni ta’ rata fissa ta’ 5 % fil-każ ta’ nuqqasijiet ikkonstatati fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal għajnuna, fil-kontroll tal-ġestjoni tal-kompiti ta’ evalwazzjoni, kif ukoll fil-kontroll tan-natura raġonevoli tal-ispejjeż

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 65/2011, Artikolu 24(2))

(Ara l-punti 121 sa 123, 138)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet – Għażla tal-bażi legali – Leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà – Indikazzjoni espressa tal-bażi legali – Limitu – Kontinwità bejn il-qafas regolatorju l-antik u l-qafas regolatorju l-ġdid

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013; Regolament tal-Kunsill Nru 485/2008)

(Ara l-punti 146 sa 148, 150)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/304 tas‑27 ta’ Frar 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2018, L 59, p. 3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.