Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Mejju 2010 - Merlin et vs UASI - Dusyma (Spiele)

(Kawża T-231/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Merlin Handelsgesgesellschaft mbH (Forchtenberg, il-Ġermanja), Rolf Krämer (Forchtenberg), BLS Basteln, Lernen, Spielen GmbH (Forchtenberg), Andreas Hohl (Künzelsau, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kramer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Dusyma Kindergartenbedarf GmbH (Schorndorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Marzu 2010 fil-Każ R 879/2009-3 u tiddikjara null id-disinn Komunitarju Nru 526 801-0011;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell u tibgħat il-kawża quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: id-disinn Komunitarju Nru 526 801-0011 għal prodotti "Logħob (inkluż logħob edukattiv)"

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Dusyma Kindergartenbedarf GmbH.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' nullità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill 1 (KE) Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji, inkwantu l-Bord tal-Appell interpreta b'mod żbaljat id-definizzjonijiet ta' tali artikolu u naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li d-disinn jista' jikkonsisti fl-apparenza ta' parti mill-prodott.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta' Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142).