Rikors ippreżentat fil-21 ta' Mejju 2010 - Couture Tech Limited vs UASI (rappreżentazzjoni ta' tarka bl-arma tar-razza bi globu, stilla, minġel u martell)
(Kawża T-232/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tech Ltd (Tortola, British Virgin Islands) (rappreżentant: B. Whyatt, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Marzu 2010 fil-Każ R 1509/2008-2; u
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata : Trade mark figurattiva bil-kuluri li tirrappreżenta tarka bl-arma tar-razza bi globu, stilla, minġel u martell (applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 5585898) għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18, 23, 26 u 43.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: L-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja hija miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-appell huwa miċħud.
Motivi invokati: Ir-rikorrenti invokat żewġ motivi ta' liġi insostenn tar-rikors tagħha.
Rigward l-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 7(1) u (2) u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta applika dawn l-artikli għall-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja.
Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata naqset milli tapplika r-regoli ta' ekwità billi ma rrikonoxxietx id-dritt tagħha li jirriżulta mill-aspettativ leġittimu li tikseb ir-reġistrazzjoni tat-trade mark.
____________