Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta' Settembru 2009 - Brown vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-37/05)1

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni - Eliġibbiltà - Membri tal-persunal awżiljarju - Rifjut ta' kandidatura)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michael Brown (Overijse, il-Belgju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni COM/PB/04, kompetizzjoni ta' trasferiment minn kategorija C għal B, li tirrifjuta li tammetti lir-rikorrent għall-eżamijiet ta' selezzjoni minn qabel tal-imsemmija kompetizzjoni, għar-raġuni li huwa ma jissodisfax il-kundizzjoni statutorja mitluba fid-data ta' skadenza għall-preżentata tal-kanditaturi

Dispożittiv tal-kawża

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 193, 06.08.2005, p. 36 (kawża li inizjalment ġiet irreġistrata fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-208/05 u mbagħad ġiet ittrasferita lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005)