Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-57/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni akkweżiti qabel id-dħul fid-Dipartiment tal-Kummissjoni skont id-DĠI ġodda u d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment.

Talbiet tar-rikorrenti

Jannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Jannar 2013 dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni tiegħu akkweżiti qabel id-dħul tiegħu fid-Dipartiment tal-Kummissjoni;

sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2013 intiża għall-applikazzjoni tad-DĠI u tar-rati ta’ ħlas fis-seħħ fil-mument tat-talba tiegħu ta’ trasferiment tad-drittijiet tiegħu ta’ pensjoni;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.