Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2018 – SilverTours vs EUIPO (billiger-mietwagen.de)

(Kawża T-866/16) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea billiger-mietwagen.de – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SilverTours GmbH (Fribourg-en-Brisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Neuwald, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Novembru 2016 (Każ R 206/2016-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali billiger-mietwagen.de bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

SilverTours GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 53, 20.2.2017.