Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Diċembru 2010 - Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-494/08 sa T-500/08 u T-509/08) 1

"Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001- Dokumenti relatati ma' proċeduri ta' verifika tal-għajnuna mill-Istat - Rifjut impliċitu ta' aċċess - Rifjut espliċitu ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta' spezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki - Obbligu li jsir eżami konkret u individwali"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida u I.-G. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. O-'Reilly u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet impliċiti tal-Kummissjoni li jirrifjutaw li jagħtu aċċess lir-rikorrenti għal ċerti dokumenti li jirrigwardaw proċeduri ta' verifika ta' allegata għajnuna mill-Istat mogħtija lilha mill-operaturi tal-ajruporti ta' Aarhus (id-Danimarka) (Kawża T-494/08), ta' Alghero (l-Italja) (Kawża T-495/08), ta' Berlin-Schönefeld (il-Ġermanja) (Kawża T-496/08), ta' Frankfurt-Hahn (il-Ġermanja) (Kawża T-497/08), ta' Lübeck-Blankensee (il-Ġermanja) (Kawża T-498/08), ta' Pau-Béarn (Franza) (Kawża T-499/08), ta' Tampere-Pirkkala (il-Finlandja) (Kawża T-500/08) u ta' Bratislava (is-Slovakkja) (Kawża T-509/08), kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet espliċiti sussegwenti li jirrifjutaw aċċess għall-imsemmija dokumenti.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-494/08, T-495/08, T-496/08, T-497/08, T-498/08, T-499/08, T-500/08 u T-509/08 huma magħquda għall-finijiet ta' din is-sentenza.

Ir-rikorsi huma inammissibbli sa fejn huma intiżi kontra d-deċiżjonijiet impliċiti ta' rifjut ta' aċċess fil-Kawżi T-494/08, T-495/08, T-499/08, T-500/08 u T-509/08.

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikorsi fil-Kawżi T-496/08, T-497/08 u T-498/08 sa fejn dawn huma diretti kontra d-deċiżjonijiet impliċiti ta' rifjut ta' aċċess.

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    Ryanair Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi T-494/08, T-495/08, T-499/08, T-500/08 u T-509/08.

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' Ryanair fil-Kawżi T-496/08, T-497/08 u T-498/08.

____________

1 - ĠU C 32, 7.2.2009.