Language of document :

Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Gerardo Galeote (T-243/20) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-240/20 sa T-245/20, Arnaoutakis et vs il-Parlament

(Kawża C-715/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Gerardo Galeote (rappreżentanti: J. M. Martínez Gimeno, avukat, D. Sarmiento Ramírez-Escudero, avukat, E. Arnaldos Orts, avukat, F. Doumont, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: il-Parlament Ewropew

Talbiet

Tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha;

Tiddeċiedi fuq il-kawża u tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament sa fejn ġiet miċħuda t-talba tar-rikorrent peress li ma laħaqx l-età rikjesta ta’ 65 sena, li jingħata dritt ta’ pensjoni kumplimentari volontarja ;

Tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tal-proċedura fl-istadju tal-appell u l-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-243/20.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravji huma bbażati fuq: (i) in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Bureau li jieħu d-deċiżjoni tal-Bureau 2018, b’mod partikolari, peress li jistabbilixxi Kundizzjonijiet materjali tad-dritt li qed jiġu miksuba qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal; (ii) il-ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba n-nuqqas ta’ rispett għad-drittijiet li jagħtu titolu prospettiv qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal; (iii) ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; (iv) ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali (nuqqas ta’ miżuri tranżitorji) u tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.

____________