Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2015 – Gemeente Nijmegen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/13) 1

[“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija minn komun Olandiż favur klabb professjonali tal-futbol — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Miżura ta’ għajnuna implementata kompletament fid-data tad-deċiżjoni — Ammissibbiltà — Att li jista’ jiġi kkontestat”]

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Gemeente Nijmegen (Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: H. Janssen u S. van der Heul, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1152 finali, tas-6 ta’ Marzu 2013, dwar l-għajnuna mogħtija lill-klabbs professjonali tal-futbol Olandiżi Vitesse, NEC, Willem II, MVV, PSV u FC Den Bosch bejn l-2008 u l-2011 [Għajnuna mill-Istat SA.33584 (2013/C) (ex 2011/NN)].DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Gemeente Nijmegen huwa kkundannat għall-ispejjeż.