Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Jannar 2010 - Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/09 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura għal sejħa għal offerti - Offerta miċħuda - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għall-miżuri provviżorji - Telf ta' opportunità - Nuqqas ta' dannu gravi u irreparabbli - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Agriconsulting Europe SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u L. Prete, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji dwar il-proċedura għal sejħa għal offerti EuropAid/127054/C/SER/Multi, dwar il-provvista ta' servizzi għal żmien qasir esklużivament favur pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-għajnuna esterna tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________