Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2010 – Il‑Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-571/08)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Ordni li tingħata informazzjoni – Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Atti preparatorji - Esklużjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva ta’ eżami ta’ miżura ta’ għajnuna li torbot lill-Istat Membru sabiex tingħata informazzjoni - Att preparatorju (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 22, 23, 31)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Proċedura amministrattiva - Possibbiltà għall-Kummissjoni li tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq l-informazzjoni disponibbli - Kundizzjoni (Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 5(2), 10(3) u 13(1)) (ara l-punti 26, 29, 39, 40)

3.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Atti li jipproduċu effetti legali - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ għajnuna mill-Istat suġġetta għall-klassifikazzjoni provviżorja bħala għajnuna ġdida (Artikoli 107(1) TFUE, 108(2) u (3) TFUE u 263 TFUE) (ara l-punti 33, 34)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni - Possibbiltà għall-Kummissjoni li tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq l-informazzjoni disponibbli - Limiti (Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 13(1)) (ara l-punt 43)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Otturbu 2008, li tordna li tingħata informazzjoni fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG [C 36/2007 (ex NN 25/2007].

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.