Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-4 ta' Lulju 2007 - Lopparelli vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-502/04)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2003 - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stéphane Lopparelli (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u M. Velardo, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tattribwixxi punti ta' prijorità tar-rikorrent għall-proċedura ta' promozzjoni 2003 kif ukoll tad-deċiżjoni li ismu ma jitnizzilx fuq il-lista ta' l-uffiċjali promossi għall-grad A5 f'din l-istess proċedura.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 57 tal-5.3.2005.