Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Mejju 2007 - Il-Kummissjoni vs IIC

(Kawża T-500/04)1

("Klawżola ta' arbitraġġ - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Irkupru ta' ħlas bil-quddiem magħmul mill-Komunità għal proġetti ffinanzjati fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej ta' telekomunikazzjoni - Telf ta' dritt - Natura rimborsabbli ta' l-ispejjeż allegatament inkorsi")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun, W. Wils u N. Knittlmayer, aġenti)

Konvenuta: IIC Informations-Industrie Consulting GmbH (Königswinter, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Rott u J. Wolff, avukati)

Suġġett tal-Kawża

Talba, skond l-Artikolu 238 KE, sabiex il-konvenuta tiġi ordnata tħallas lura parti mill-ħlas bil-quddiem magħmul mill-Komunità abbażi ta' żewġ kuntratti ta' finanzjament fil-kuntest ta' programmi kulturali.

Dispożittiv tas-sentenza

IIC Informations-Industrie Consulting GmbH hija ordnata tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma prinċipali ta' EUR 179,337, flimkien ma' l-imgħaxijiet għal dewmien fil-ħlas b'rata ta' 4 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mill-1 ta' Novembru 1998 sakemm jitħallas l-ammont kollu dovut.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

It-talba ta' IIC Informations-Industrie Consulting GmbH sabiex tiġi sospiża l-eżekuzzjoni ta' din is-sentenza hija miċħuda.

IIC Informations-Industrie Consulting GmbH hija ordnata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82 tat-2.4.2005