Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Diċembru 2011 - El Corte Inglés vs UASI -Azzedine Alaïa (ALIA)

(Kawża T-152/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALIA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ALAÏA PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo, avukat, u M. E. López Camba u E. Seijo Veiguela, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Azzedine Alaïa (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Holah, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Frar 2010 (Każ R 924/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Azzedine Alaïa u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta' Frar 2010 (Każ R 924/2008-4), hija annullata peress li l-Bord tal-Appell eskluda mill-analiżi tiegħu tal-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni l-prodotti fil-klassi 3 li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni "fwieħa, żjut essenzjali, kożmetiċi, lozzjonijiet għax-xagħar; toothpaste".

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

El Corte Inglés, SA, l-UASI u Azzedine Alaïa għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 148, 05.06.2010.