Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 – Confederación de Cooperativas Agrarias de España u CEPES vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-156/10) 1

[“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Leġiżlazzjoni Spanjola li tipprevedi miżuri favur kooperattivi agrikoli wara ż-żieda fil-prezz tal-karburant – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Assoċjazzjonijiet professjonali – Nuqqas ta’ interess individwali – Assenza ta’ rkupru – Tmiem tal-interess ġuridiku – Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Confederación de Cooperativas Agrarias de España (Madrid, Spanja); u Confederación Empresarial Española de la Economía Social (CEPES) (Madrid) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd u M. Muñoz de Juan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Asociación de Empresarios de Estaciones de Servicio de la Comunidad Autónoma de Madrid (Aeescam) (rappreżentanti: R. Ortega Bueno u M. Delgado Echevarría, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/473/UE, tal-15 ta’ Diċembru 2009, rigward il-miżuri ta’ appoġġ lis-settur agrikolu implimentati minn Spanja bħala riżultat taż-żieda fil-prezz tal-fjuwil (ĠU 2010, L 235, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Il-Confederación de Cooperativas Agrarias de España u l-Confederación Empresarial Española de la Economía Social (CEPES) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

L-Asociación de Empresarios de Estaciones de Servicio de la Comunidad Autónoma de Madrid (Aeescam)għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 148, 05.06.2010.