Language of document : ECLI:EU:T:2012:452

Kawża T‑154/10

Ir‑Repubblika Franċiża

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat — Għajnuna allegatament implementata minn Franza fil-forma ta’ garanzija impliċita illimitata favur La Poste li tirriżulta mill-istatus tagħha ta’ entità pubblika — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Oneru tal-prova tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ”

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2012.….?II ‑ 0000

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2012

1.      Rikors għal annullament — Rikors tal-Istati membri — Rikors intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni — Ammissibbiltà mhux suġġetta għall-prova ta’ interess ġuridiku

(Artikolu 263 TFUE)

2.      Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni — Att li jista’ jiġi kkontestat — Tħassir mill-Istat Membru tal-miżura kklassifikata bħala għajnuna eżistenti permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni diversi xhur qabel l-adozzjoni ta’ din tal-aħħar — Assenza ta’ rilevanza

(Artikolu 263 TFUE)

3.      Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2))

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Natura legali — Interpretazzjoni bbażata fuq elementi oġġettivi — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata

(Artikolu 107(1) TFUE)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni tal-legalità skont elementi ta’ informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Evalwazzjoni libera tal-fatti u tal-provi

7.      Dritt nazzjonali — Dritt Franċiż — Garanzija illimitata mill-Istat tad-djun tal-entitajiet pubbliċi

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għajnuna mogħtija fil-forma ta’ garanzija — Riferiment għall-pożizzjonijiet meħuda mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni sabiex jiġi stabbilit vantaġġ finanzjarju

(Artikolu 107(1) TFUE)

9.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Neċessità li tiżgura ruħha minn bażi suffiċjenti ta’ informazzjoni sabiex tikkonkludi li jeżisti vantaġġ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 36, 37)

2.      Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonkludi li hemm għajnuna mill-Istat favur impriża fil-forma ta’ garanzija illimitata u tiddikjaraha inkompatibbli mas-suq komuni, hija neċessarjament intiża sabiex tipproduċi effetti legali vinkolanti u tikkostitwixxi, għaldaqstant, att li jista’ jiġi kkontestata skont l-Artikolu 263 TFUE.

F’dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li, minkejja l-fatt li Stat Membru, għal raġunijiet tiegħu stess u mingħajr ebda pressjoni mill-Kummissjoni, iddeċieda, li jħassar il-miżura kklassifikata bħala għajnuna eżistenti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni diversi xhur qabel l-adozzjoni ta’ din tal-aħħar, xorta jibqa’ l-fatt li l-Istat Membru kien legalment marbut jeżegwixxi d-deċiżjoni kkontestata. Il-fatt li seta’ kien hemm, fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, konverġenza bejn l-interessi sostnuti mill-Kummissjoni u dawk tal-Istat Membru ma jistax jimpedixxi lil dan tal-aħħar milli jippreżenta rikors għal annullament intiż kontra din l-istess deċiżjoni. Fil-fatt, il-fatt li jiġi aċċettat tali impediment iwassal sabiex l-Istati Membri jiġu ppenalizzati skont jekk huma setgħux jew le jsibu interess speċifiku sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni u huwa eminentement suġġettiv. Issa, l-eżami tal-kwistjoni dwar jekk att partikolari jistax ikun is-suġġett ta’ rikors għal annullament, inkwantu dan jipproduċi jew huwa intiż li jipproduċi effetti legali vinkolanti tali li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, għandu jkun ibbażat fuq evalwazzjoni oġġettiva tas-sustanza ta’ dan l-att.

(ara l-punti 38, 40)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 54-56)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 58)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 59)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 65)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 66, 76, 78, 83, 84, 87, 90, 91, 94, 96, 98)

8.      L-għoti ta’ garanzija b’kundizzjonijiet li ma jikkorrispondux għal dawk tas-suq, bħal garanzija illimitata mogħtija mingħajr xejn inkambju, huwa, b’mod ġenerali, ta’ natura li jagħti vantaġġ lill-persuna li tibbenefika minnu, fis-sens li dan għandu bħala konsegwenza t-titjib tal-pożizzjoni finanzjarja tal-benefiċjarju permezz ta’ tnaqqis tal-ispejjeż li, normalment, huma inklużi fil-baġit tiegħu. F’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ għajnuna huwa iktar ġenerali minn dak ta’ sussidju, peress li dan jinkludi mhux biss benefiċċji pożittivi, bħas-sussidji stess, iżda wkoll interventi tal-Istat li, taħt forom differenti, inaqqsu l-ispejjeż li normalment huma inklużi fil-baġit ta’ impriża u li, għaldaqstant, mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens strett tal-kelma, huma tal-istess natura u għandhom effetti identiċi. Sabiex jiġi evalwat jekk miżura Statali tikkostitwixxix għajnuna, għandu jiġi ddeterminat jekk l-impriża benefiċjarja tirċevix vantaġġ ekonomiku li hija ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq.

Garanzija Statali illimitata, b’mod partikolari, tippermetti lill-benefiċjarju tagħha jikseb kundizzjonijiet ta’ kreditu iktar favorevoli minn dawk li huwa kien jikseb abbażi tal-merti tiegħu biss u, għaldaqstant, tippermetti li titnaqqas il-pressjoni imposta fuq il-baġit tiegħu. Sabiex jiġi stabbilit li entità pubblika bbenefikat minn kundizzjonijiet ta’ kreditu iktar favorevoli u, għaldaqstant, minn vantaġġ finanzjarju, il-Kummissjoni tista’ tirreferi għall-pożizzjonijiet meħuda mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni u, b’mod iktar partikolari, għall-iktar importanti fosthom. Fil-fatt, sa fejn huwa stabbilit li s-suq jieħu inkunsiderazzjoni l-klassifikazzjoni ta’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni importanti sabiex jevalwa l-kreditu li għandu jingħata lil impriża partikolari, klassifikazzjoni minn dawn l-aġenziji aħjar minn dik li kienet tingħata fl-assenza ta’ garanzija, tista’ tagħti vantaġġ lill-entità pubblika, li hija ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq.

(ara l-punti 106-109)

9.      Il-Kummissjoni ma tistax tissoponi li impriża bbenefikat minn vantaġġ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat billi tibbaża sempliċement ruħha fuq preżunzjoni negattiva, li hija bbażata fuq in-nuqqas ta’ informazzjoni li tippermetti li tintlaħaq il-konklużjoni kuntrarja, fin-nuqqas ta’ elementi oħra ta’ natura li jistabbilixxu pożittivament l-eżistenza ta’ tali vantaġġ. F’din il-perspettiva, il-Kummissjoni hija, għall-inqas, obbligata li tiżgura ruħha li l-informazzjoni li hija għandha, għalkemm din tista’ tkun frammentarja u inkompleta, tikkostitwixxi bażi suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li impriża bbenefikat minn vantaġġ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

F’dan ir-rigward, in-natura tal-provi li għandhom jiġu prodotti mill-Kummissjoni tiddependi, fil-biċċa l-kbira, fuq in-natura tal-miżura Statali inkwistjoni. Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-prova tal-eżistenza ta’ garanzija Statali ta’ natura impliċita, din tista’ tiġi dedotta minn serje ta’ elementi konverġenti, li għandhom ċerta affidabbiltà u koerenza, meħuda b’mod partikolari minn interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali rilevanti, u, b’mod partikolari, inferita mill-effetti ġuridiċi li l-istatus legali tal-impriża benefiċjarja jimplika. F’dan ir-rigward, noti u ċirkolari interpretattivi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala rilevanti sabiex jintwera li Stat ta garanzija finanzjarja impliċita, li, minn natura tagħha stess, ma hijiex espliċitament stabbilita mil-liġi nazzjonali, lil impriża li għandha status partikolari.

Fir-rigward tad-dimostrazzjoni tal-effetti reali tal-miżura kkontestata, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tipproċedi għal tali dimostrazzjoni fir-rigward ta’ għajnuna diġà mogħtija. F’dan ir-rigward ma hemmx lok li ssir ebda distinzjoni bejn l-għajnuna eżistenti u l-għajnuna illegali. Barra minn hekk, l-effett reali tal-vantaġġ li garanzija tal-Istat tagħti jista’ jiġi preżunt. Tali garanzija toffri lill-persuna li qed tissellef possibbiltà li tibbenefika minn rata ta’ interessi iktar baxxa jew li tipprovdi inqas sigurtà. Anki vantaġġ mogħti permezz ta’ piż potenzjali addizzjonali għall-Istat jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Dan huwa ta’ spiss il-każ fil-każ ta’ garanziji li huma ġeneralment marbuta ma’ self jew ma’ obbligu finanzjarju ieħor konkluż minn persuna li tissellef ma’ persuna li ssellef.

(ara l-punti 119, 120, 123, 124)