Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (il-Polonja) fl-20 ta’ Settembru 2023 – R.S.

(Kawża C-582/23, Wiszkier 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: R.S.

Partijiet oħra fil-proċedura: C. S.A., P.C., amministratur tal-insolvenza ta’ R.S. u M.S., M.K., amministratur tal-insolvenza ta’ G. S.A., fi stralċ, J.J. u M.G.

Domandi preliminari

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li qorti tal-fallimenti hija marbuta bil-lista ta’ djun approvata mill-imħallef superviżorju fil-kuntest ta’ proċedura ta’ falliment, li jipprekludi li tiġi evalwata n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali meta l-imħallef superviżorju jagħti d-deċiżjoni tiegħu li ttemm il-proċedura?

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li jiġu ordnati miżuri provviżorji fil-kuntest ta’ proċedura ta’ falliment u li għalhekk tista’ tiddisswadi lill-konsumaturi milli jibbenefikaw mill-protezzjoni mogħtija minn din id-direttiva?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.