Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Jannar 2008 - Cordoniu Napa vs L-UASI - Bodegas Ontañón (ARTESA NAPA VALLEY)

(Kawża T-35/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cordoniu Napa California (l-Istati Uniti) (rappreżentanti: X. Fàbrega Sabaté u M. Curell Aguilà, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Bodegas Ontañón, S.A.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) ta' l-20 ta' Novembru 2007 fil-Każ R 747/2006-4, u

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva ARTESA NAPA VALLEY għal prodotti fil-klassi 33 (applikazzjoni Nru. 3.079.159).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Bodegas Ontañón, S.A.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Nru. 2/050.623 "ARTESIO" għal prodotti fil-klassijiet 33 u 35, it-trade mark verbali Spanjola Nru. 844.194 "LA ARTESA" għal prodotti fil-klassi 33.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, minħabba li bejn is-sinjali kunfliġġenti ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).