Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Oro Clean Chemie vs UASI - Merz Pharma (PROSEPT)

(Kawża T-284/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PROSEPT – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Pursept – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Drittijiet tad-difiża – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oro Clean Chemie AG (Fehraltorf, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Ekey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Merz Pharma GmbH & Co. KGaA (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Hirsch u C. Mayerhöffer, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1053/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merz Pharma GmbH & Co. KGaA u Oro Clean Chemie AG.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Oro Clean Chemie AG hija kkundannata għall-ispejjeż.