Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Frar 2009 - Mundipharma vs UASI- Asociación Farmaceuticos Mundi (FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI)

(Kawża T-76/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mundipharma GmbH (Limburg (Lahn), il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Asociación Farmaceuticos Mundi (Alfafar (Valencia), Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tirrevoka d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Inten (Trade marks u Disinni) tal-1 ta' Diċembru 2008 fil-Każ R 852/2008-2; u

Tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 35 u 39 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 841 136

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Nru 4 304 622 tat-trade mark Komunitarja "mundi pharma" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 inkwantu l-Bord tal-Appell ikkunsidra b'mod żbaljat li ma kienx hemm xebh bejn il-prodotti u/jew servizzi koperti mit-trade marks inkwistjoni

____________