Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' April 2012 - Ternavsky vs Il-Kunsill

(Kawża T-163/12 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra l-Bjelorussja - Iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Anatoly Ternavsky (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: C. Rapin u E. Van den Haute, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-punt 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta' Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 95) u tal-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012, tat-23 ta' Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 37)

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________