Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2013 – Trabelsi vs Il-Kunsill

(Kawża T-162/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward ta’ ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Estensjoni tal-iffriżar ta’ fondi – Annulament tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi inizjali – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Trabelsi (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Tekari, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/50/PESK, tas-27 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 27, p. 11), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.