Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2013 – Pri vs UASI – Belgravia Investment Group (PRONOKAL)

(Kawża T-159/12) 1

(“Tħassir tal-kawża – Talbiet imressqa matul ir-rinunzja għall-atti – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Pri SA (Clémency, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: C. Marí Aguilar u F. Márquez Martín, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Belgravia Investment Group Ltd (Tortola, Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: J. Bouyssou, avukat)

Suġġett

Minn naħa, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 311/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pri SA u Belgravia Investment Group Ltd, u, min-naħa l-oħra, talba ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti kollha msemmija mill-oppożizzjoni.DispożittivIl-Kawża T-159/12 hija mħassra mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.It-talbiet ta’ Pri SA, li jinsabu fl-ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Settembru 2013, għall-finijiet li, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali tindika l-irtirar tal-oppożizzjoni, it-tieni nett, li tirrevoka d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, tas-7 ta’ Diċembru 2010, inkwantu hija tiċħad parzjalment l-oppożizzjoni, u, it-tielet nett, li hija tordna l-inklużjoni tal-“konċessjoni totali” tat-trade mark PRONOKAL jiġu miċħuda bħala inammissibbli.Pri SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-UASI.Belgravia Investment Group Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha