Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Adler Modemärkte vs UASI – Blufin (MARINE BLEU)

(Kawża T-160/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MARINE BLEU – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUMARINE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Adler Modemärkte AG (Haibach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Blufin SpA (Carpi, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2012 (Każ R 1955/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Blufin SpA u Adler Modemärkte AG.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Adler Modemärkte AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).Blufin SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.